Monday, August 11, 2008

Intervistat il-kittieb u poeta Lino Grech

1. Lino Grech hu l-awtur ta' tliet kotba godda: rakkonti bil-Malti, rakkonti bl-Ingliz u poeziji bil-Malti. Fejn hija s-sahha ta' Lino Grech bhala generu letterarju u lingwa mhaddmin u x'inhu l-fil komuni li jghaqqad dawn it-tliet kotba flimkien?



Nahseb li l-fil li jghaqqad lit-tliet kotba huwa il-fatt li jixhtu dawl fuq il-hsieb tal-kittieb dwar dak li jigri madwaru fil-hajja. Fi kliem iehor l-esperjenzi tieghu u ta' dawk madwaru mghoddija mill-gharbiel tat-twemmin jew tifxil ta' hsibijietu. Fil-ktieb hemm tiftix konxju ghall-kelma Maltija mitkellma u ghall-qosor fil-kitba.

2. Minn fejn jitwieldu dawn il-kitbiet tieghek? Liema hu l-hin meta tippreferi tikteb?


Fuq kollox jiena nhares lejn il-hajja b'nofs tbissima li gejja minn gharfien tal-bniedem u hsibijietu hekk li l-kliem igelgel bhal nixxiegha naghzlu bejn dak li hu fieragh u dak li hu siewi biex nara sewwa l-persuna u dan il-loghob tal-kliem li jiena wkoll naghmlu jnissilli tbissima dejjiema fuq fommi u jwaqqaghni kultant f'cinizmu li diga` gejt akkuzat bih minn kritiku letterarju fil-media.

3. Bhala stili tuza ximindaqqiet il-komiku, il-parodija, imma dawk tieghek huma wkoll kitbiet b'element morali qawwi. Hemm imbaghad rakkont li jxaqleb lejn il-fantaxjentifiku (The Tunnel), iehor li johodna fi zmien l-Inkwizizzjoni u s-shahar (Non Omnis Moriar). Xi tghid dwar dan kollu?


Kien ghalliem ta' l-Ingliz meta kont ghadni s-Seminarju li hajjarni biex nikteb bl-Ingliz billi kien joghgbu hafna l-istil li kont nikteb bih. Imbaghad kien Dun Frans Camilleri, ghalliem iehor tieghi, li fetahli t-triq ghall-kitba bil-Malti.

4. Bhala ambjentazzjoni spiss naqraw dwar il-Qorti, ir-Rabat, il-Birgu jew Bormla, B'Kara, u jissemmew spiss il-kontabilita`, in-negozju u s-safar, bla ma ninsew ir-rakkont Hajja ta' Bniedem. Hemm kurrenti awtobijografici fil-kitbiet tieghek?



Il-poeziji jehtiegli niktibhom hekk li jitfasslu f' mohhi billi dawn jitwieldu minn hsieb u f'lehha jiddammew f'poezija shiha. Jekk ma inhazzizhomx mill-ewwel jintesew. Fil-kaz ta' l-istejjer, dawn jinholqu minn nitfa ta' hsieb li jkun ix-xewka ta-rakkont li mbaghad jiehu l-laham bil-mod hekk kif nifli nies ghaddejja fit-triq li jistghu jilbsu ta' karattri fl-istorja. Ta' spiss nintebah li harsti fit-tul fuq xi hadd tibda taghtih fastidju l-iktar jekk tkun mara li min jaf x'tahseb. Biss jiena nkun qed nibni dak il-hin il-karattru mehtieg fl-istorja.

5. Inhoss li zewg elementi li jispikkaw fil-proza tieghek huma l-qawwa tad-deskrizzjoni u l-gharfien ta' karattri differenti fost il-generu uman. Xi tghid dwar dan?

Barra min hekk iz-zmien li ghamilt il-Qorti laqqghani ma' bosta nies ilkoll b'xejriet u hsibijiet taghhom - tahlita li tnebbabni f'ghazla tal-bniedem li jixraq l-istorja.

6. Innutajt li fil-poeziji tieghek taghti iktar importanza lir-rima imma anki lil-livell riflessiv, milli lill-prosodija (tul ta' versi u accenti), u spiss thaddem certi licenzji poetici in extremis. Kif tirreagixxi ghal dan?


Huwa minnu u nghid li jiena hati dwar it-thaddim tal-poezija b'licenzja wiesgha bil-bosta izda kif ga ghedt il-poezija titwieled fiha lesta minghajr ma taghtini lok li nirfinaha. Sa meta kont ghadni s-Seminarju kont ktibt dwar il-poeta Taljan Pascoli li " la poesia e' un attimo fuggente nella vita del poeta che vien colto sul nascere. Pero' l'assieme di questi attimi fanno la vita del poeta". Dan ghadni nemmnu sal-lum u ghalhekk nahseb li jekk infittex li nirfina l-poezija kif giet f'mohhi nkun qieghed nitlef mis-sahha taghha kif inholqot.

No comments: