Friday, July 17, 2009

Intervistat Dr. Alfred Sant

1. X’tahseb dwar l-importanza li l-kittieb isemma lehnu rigward il-qirda tal-ambjent naturali, l-ingustizzja socjali u nuqqasijiet ohra bhal dawn?

Kittieb jaghti xhieda tal-hajja kif tinghex madwaru, f’pajjizu u barra. Jekk hu kittieb ta’ letteratura kreattiva, mhux qed jikteb biex isemma lehnu dwar din jew dik il-haga imma biex permezz tal-holqien tieghu jaghti din ix-xhieda. Fuq kollox imma, bhala rumanzier jew kittieb ta’ stejjer qosra, irid jiddeverti billi jipprezenta rakkont li jinteressa lill-qarrej. Jekk meta qed jaghmel dan kollu, kittieb isemma wkoll lehnu dwar il-materji importanti li semmejt int, ghaliex le? Inghidu ahna, f’“L-Ghalqa tal-Iskarjota”, l-ahhar rumanz li hrigt, l-intricc idur ukoll dwar il-wirt storiku kbir ta’ monumenti qodma li ghandna f’pajjizna u li bil-kemm naghtu kashom jew nafu bihom.

2. X’tifhem b’involviment politiku min-naha tal-kittieb? Ghandu l-kittieb jghaddi l-hsieb politiku tieghu lil min imexxi lil pajjizna permezz tal-kitba tieghu?

Kittieb hu cittadin bhal kull persuna ohra u ghandu t-twemmin politiku tieghu (jew taghha) li jista’ jissarraf f’involviment politiku u jista’ le. Bhala cittadin, zgur li kittieb ghandu jwassal lehnu lill-mexxejja tal-pajjiz, skont kif ihoss li dan ikun l-ahjar. Min-naha l-ohra, bhala kittieb ta’ letteratura kreattiva, irid joqghod attent li ma jhallix il-kitba letterarja tinhass mill-qarrej bhala semplici ghodda ta’ hidma politika jew bhala xi priedka politika. Certament, jista’ jigri li ghax kittieb qieghed jaghti xhieda tar-realtà li ddawru, il-kitba tieghu tiffoka fuq id-dimensjoni politika tal-hajja li nghixu. Sakemm jirrispetta r-regola tad-deheb li b’li jikteb irid jipprovdi divertiment lill-qarrej, jista’ jigri li l-kittieb juza l-kitba tieghu biex iwassal messagg lid-dirigenti tal-pajjiz minghajr ma jitbieghed mill-funzjoni tieghu bhala kittieb. M’hemm xejn ta’ barra minn hawn f’hekk.

3. Rigward l-involviment “politiku” (anki fis-sens wiesa’) tal-kittieb, tahseb li dan isir ahjar u hu iktar effettiv permezz tal-proza, tad-drama jew tal-poezija?

Ma narax li hemm xi rabta bejn il-forom ta’ kitba u kontenut li jaghti xhieda ta’ impenn politiku, jew kontenut li jitkellem dwar natura, kondizzjonijiet socjali, fantaxjenza, insomma kollox. Proza, teatru jew poezija jistghu kollha jakkomodaw bla problema kull xorta ta’ lemha kreattiva, fl-aspetti differenti ta’ xhieda u ta’ impenn li jigu maghha. Jiddependi mbaghad mill-kittieb kemm se jirnexxielu bil-kontenut tieghu, johloq xoghol li jkun artistikament validu. Per ezempju, f’ “L-Ghalqa tal-Iskarjota” it-tema ttrattata hi wahda ta’ wahx, ta’ biza’ jew orrur. Hu rumanz imma l-istess tema setghet issarrfet ghal min ghandu dil-hila bhala kittieb, f’poezija jew dramm.

4. X’tip ta’ feedback ikollok ghad-drammi tieghek u anki ghal rumanzi bhal Silg fuq Kemmuna, La Bidu, La Tmiem u L-Ghalqa tal-Iskarjota min-naha tal-qarrej medju?

Dejjem nibqa’ sorpriz b’kemm dak li int qed issejjahlu qarrej medju jiehu gost meta jigu f’idejh xoghlijiet li jimpenjawh. Dan l-ahhar aktar sahhaht din l-impressjoni bil-laqgha li r-rumanz “L-Ghalqa tal-Iskarjota” kellu mill-pubbliku, meta qarrejja li ma nafx minn Adam, gew spontanjament ikellmuni fuq l-intricc tar-rumanz u t-tifsira tieghu llum. Fhimt minn hekk li r-rakkont ghogobhom u kienu ddevertew bih, u li pprovaw isibu fih tifsiriet aktar wiesgha minn dawk li fil-fatt forsi ghandu, bhala rumanz “tal-wahx”. Min-naha l-ohra, fil-kaz ta’ “Silg fuq Kemmuna” u “La Bidu, La Tmiem”, zewg rumanzi twal hafna bl-istendards ta’ Malta, kelli reazzjoni minn xi qarrejja li bellhitni. Wara li spiccaw il-qari ta’ dawn iz-zewg rumanzi “bla tmiem”, gew jghiduli kif malli spiccaw jaqraw, bhal xtaqu li r-rakkont ikompli...

5. Kieku kellek taghzel triq wahda biss minn dawn it-tnejn ( dik politika u dik tal-kitba kreattiva) liema tiehu?

Fil-hajja l-ghazliet ma jsirux b’dal-mod. Naf li jien u ohrajn qatt ma kellna ghalfejn u mhux se jkollna ghalfejn fiz-zmien li gej, naghmlu ghazla bhal dik li qed issemmi int. U allura kieku kelli naghzel triq wahda biss, xorta naghzel it-tnejn.

6. Il-kittieb jixtieq ir-rispett min-naha tal-poplu. Imma qabel xejn dar-rispett ghandu jigi mill-istess kittieba kollegi tieghu. Kif tirreagixxi ghal dan?

Naraha bhala haga minn ewl id-dinja li rabtiet professjonali bejn kollegi jridu jkunu msejsa fuq ir-rispett reciproku, is-solidarjetà professjonali u l-kordjalità fl-imgiba.

7. X’tahseb dwar l-importanza tal-Istorja f’rabta mal-kuntest attwali ta’ Malta fl-Ewropa, imma anki f’rabta mad-dhul f’pajjizna tal-immigranti irregolari mill-Afrika ta’ Fuq?

Mill-istorja (history) nitghallmu fost hwejjeg ohra dwar kif il-komunitajiet li ghexu fil-gzejjer ta’ Malta u Ghawdex irnexxielhom jew le matul is-sekli isawru hajja li kienet sabiha u tajba, u kif bnew matul is-sekli identità li kienet taghhom. Illum ghandna l-isfida ta’ kif waqt li ninsabu parti mill-Unjoni Ewropea, se nharsu u nseddqu l-identità taghna, u dan lil hinn milli nitfarrgu ghax uhud minna jaqilghu l-ghajxien taghhom billi jittraducu t-testi legali u amministrattivi tal-Unjoni ghall-Malti. Imbaghad ghandna l-isfida li ma nispiccawx la xenofobici u lanqas imrekkna f’darna stess mill-wasla fostna ta’ gemghat li m’ghandhomx l-istil ta’ hajja taghna. L-imghoddi ghandu hafna xi jghidilna dwar kif sfidi bhal dawn jistghu jintlaqghu. F’ “L-Ghalqa tal-Iskarjota” insibu li grajjiet li qed jigru llum huma inflwenzati minn dak li gara mija u tletin sena ilu, meta zaghzugh li hadem il-parti ta’ Guda l-Iskarjota f’pageant tal-Gimgha l-Kbira l-ghada mar jitghallaq fil-ghalqa. L-istess grajjiet tar-rumanz huma influwenzati minn x’gara fil-ghalqa mat-tliet elef sena ilu, meta mercenarju avventurier mill-Egittu, certu Potu-Ra, gie moghti l-forka fl-ghalqa wara li ttradixxa lill-Punici li mpjegawh biex jinvadi c-centru tal-Mediterran. Dawn il-grajjiet hallew il-marka taghhom li ghadha hajja sal-lum...

8. L-ahhar frott mill-pinna tieghek, ir-rumanz L-ghalqa tal-Iskarjota (2009). Liema huma t-temi ewlenin f’xoghol bhal dan? Ghal min kien intiz rumanz bhal dan? Temmen li ghal bosta se jkun xoghol li ma jinftihemx?

“L-Ghalqa tal-Iskarjota” ifittex li joffri divertiment b’rakkont tal-wahx li fl-istess hin hu kummiedja. Jitkellem dwar il-hajja ta’ zminijietna u dwar kif il-medja jinfluwenzaw hajjitna, u dwar elf haga ohra... Barra r-rahal minsi u abbandunat ta’ Hal-Znuber hemm ghalqa li ggorr is-sahta ta’ sekli twal. Grupp ta’ gurnalisti televizivi jidhlu biex jinvestigaw x’jigri fiha ghall-programm popolari hafna taghhom. U l-wahx tal-ghalqa li gej mill-qedem, minn zmien il-Punici, jaqbad maghhom, b’konsegwenzi tal-biza’. Matul ir-rumanz, insegwu ghal atti tal-akbar kuragg u kefrija, nassistu ghal zviluppi ta’ qtigh il-qalb u ta’ ferh... insomma dak kollu li jfittex qarrej f’rumanz, specjalment jekk lest jitwahhax waqt li jibqa’ jiddeverti u jitbissem.

No comments: