Friday, July 27, 2012

Oratorju - Il-qaddisa tas-Salib, miktub minn Therese Pace


Biex ifakkar il-175 minn meta Salvu Psaila naqqax fl-injam il-vara ta’ Sant’Elena Imperatriċi Awgusta, il-175 sena mill-mewt ta’ Vinċenzo Borg Brared li kkummissjona u ħallas għall-imsemmija vara u s-sbatax-il mitt sena mid-dehra tas-Salib lil Kostantinu, Ir-Revmu. Kapitlu tal-Kolleġġjata u Bażilika Sant’Elena ta’ Birkirkara jistieden lill-pubbliku inġenerali għall-Oratorio Il-Qaddisa tas-Salib li se jinżamm fl-istess Bażilika elenjana ta’ Birkirkara fl-10 t’Awwissu 2012 fit-8 ta’ filgħaxija. Il-kompożizzjoni ta’ dan l-oratorio saret minn Mro. Clifford Cauchi fuq kliem ta’ Therese Pace u fih se jieħdu sehem it-tenur Charles Vincenti, is-sopran Josielle Barbara u s-sopran Doreen Camilleri bil-parteċipazzjoni tal-kor Notre Dame.

No comments: