Saturday, August 10, 2013

Toħroġ edizzjoni oħra ta' IL-PONT


Għadha kemm ħarġet edizzjoni ġdida tar-rivista letterarja online IL-PONT - Awwissu 2013. Bħal dejjem din il-pubblikazzjoni virtwali mqassma fuq tmien paġni għandha l-Editorjal li jittratta t-tema tal-misħutin klikek anki fil-qasam letterarju lokali; żewġ paġni ddedikati lill-aħbarijiet f'rabta mad-dinja letterarja; l-intervista, din id-darba mal-kittieb Godwin Ellul; żewġ kontributi interessanti mill-Professur Oliver Friggieri u mill-kittieb Charles Casha; paġna ddedikata lill-poeżija; u fl-aħħarnett, paġna ddedikata lil kotba li ħarġu dan l-aħħar. Għal min jixtieq jara din il-pubblikazzjoni online jista jara l-ħolqa:


Minn hawn nirringrazzja dejjem lil Hilary Spiteri għas-setting ta' IL-PONT, u lil Omar Seguna talli għoġbu jtella' din ir-rivista online.

No comments: