Thursday, May 08, 2014

Lejla ta' Poeżija u tnedija ta' ktieb ta' poeżiji ta' poetessa mill-Kanada.


L-Għaqda Poeti Maltin, nhar il-Ġimgħa, 30 ta' Mejju 2014, fis-7p.m.,  se ttella' Lejla ta' Poeżija fis-Sala ewlenija tal-Ministeru tal-Edukazzjoni fil-Furjana. Kulħadd huwa mistieden u d-dħul huwa b'xejn. Jinqraw poeżiji b'ilsna differenti minn dawn preżenti, fosthom membri tal-Għaqda Poeti Maltin.


Waqt l-istess Lejla se jitnieda l-ktieb ta' poeżiji, A Land in the Storytelling Sea tal-poetessa mill-Kanada Sheryl Loeffler li se jkollha ħin biex taqra għadd ta' poeżiji minn tagħha u twieġeb għal xi mistoqsijiet. Din il-ġabra ta' poeżiji hija ppubblikata minn FARAXA Publishing.
Din hija l-ħolqa tal-video f'rabta mal-ktieb tal-poeżiji u ritratti ta' Sheryl Loeffler:
https://www.youtube.com/watch?v=RZoJnvldf90

No comments: